8.14.2005

Poeżiji ta' Ċali Grima


Image hosted by Photobucket.com

L-Irmied ta' xufftejk

Tislima

Telefonata A.A.A.

Illum armejt ruħi ġol-baħar

U kieku jiena salib?

U għaliex kollox perfett?

Ix-xemx nieżla

L-uniformi tal-baħar fis-skiet

Kmieni filgħodu

L-Għasfur

Requiem lil Imnieħri

Rota Roża

Tubu

Funeral

Ħsieb/Ħolma

Illum

Ittra M

L-Aħħar Miżien

Noħlom fuq ħalqek

Xi dwejjaq

L-Ewwel Miżien

Lillllllllllllllllllllllll

Noli

L-imħadda u l-baħar

Swaba

Rejp innoċenti

Ħolma

zoma din

Ħajti ħajta

Lejja Mu

Lil Idejk

8 nifsejja

Għalfejn qed tibki

Riċetta

Kliem

Rogħda

Meta naħseb fuqek

Revolver/Fwieħa

Kannierja

Il-Grammatika ta' l-Uġigħ

In-Nannakola

Ħaffer

Il-ħabs tiegħi

Fl-aħħar poeżija

Kobba ġenn itwiha f'maktur u itfagħha fil-ġenna

Oħra

Għalik wara l-ħitan tal-knisja

Skeċċ tax-xemgħa tan-nanniet

Poeżija 2

Monologu żgħir ta' poeżija maħruqa f'Ilsien Alla

Is-Suwiċidju tal-Farfett

talbaablat

Bulu ħdud (għal Ħbula Stirati)

Il-lingwa tal-kuluri ġo flixkun artab

8.11.2005

Is-Suwiċidju tal-Farfett

"farfett 3 ijiem agonija fil-priżma tan-natura..."
"ħajtu magħluqa ġo kastell tal-ħġieġ.."
farfett
farfar
farfett l-ilma aħdar tan-natura
kurjuża bid-disinji t'alla u bil-forom ta l-eremiti
il-faxxinu spiritwali ta' l-innoċenza tiegħek
miġugħ issir wġigħ fietel
farfett
friefet ċfuf ħomor tal-poeti ċwievet ibbalzmati fl-inkwatri
oħolmu
umloħo oħl
lħo oħolmu
oħolmu
mu loħ..
minn xufftejja
bistek
u qtiltek
ġo karta tal-ħarir

-=-=-=-=-=-=-====-=-=-=-=-=-==-=-=-=

8.10.2005

Il-lingwa tal-kuluri ġo flixkun artab

Erbat ijiem nixrob....

ix-xemx daħlet fil-ħolqa ta' żunżana
u qed nara n-nies kollha tal-karta pesta.......

nimxi t-triq ltqajt ma' bieb xiħ
ahdar verdimar...
"kelma fir-riċetta tal-profeziji verde terra u mare"
u studjajt wiċċu u widnejh......
u l-bieb bħal postcard faqqa musketterija żgħira ġo ruħi........
inżajt għarwien
l-aħħar darba ġo dan it-teatru
u għafast il-pum tal-bieb
daqs l-isbaħ mara ġo mohhi............




:::::""""""""+_+_+_+_+___+___+_+_+_+_ qatt rajt farfett isfar u sulfarina moħbija ġol gwienaħ...?
iva l-farfett melankoliku tal-fjuri
għax għandu ħalqu jintenn bin-nikotina,,,,,,
u l-imrewħa tal-ġwienaħ....
qdiemet daqs il-manuskritti
bix-xoffa lewn it-te................


=-=-=-=-=-=-=-==============================
ma nafx imma qed nipprova nifhem
is-sinsla tad-dahar ta' għasfur ferut fuq l-irħama tal-biċċier.......
pakkett bolol u stillel.......
u rubber bands u water pistols
u prinjolata bil-perlini suwed tal-vulkan jidgħi ġo ħalqi...
mill-ħamiemu li jaħra
fuq it-tapizzerija tal-ksieħ
niknes kisja k
.


n
i
s
j
a

8.07.2005

Monologu żgħir ta' poeżija maħruqa f'Ilsien Alla

1

F'għajnejk għerqet ħajti.....
bħal vapur żgħir ġo akkwarju sħab blu......
il-lejl mudlam ġo katnazz
katnazz li jagħlaq il-forma tal-lejl...
u l-vapur żgħir
għereq bħall-pipa tal-vatikan....
li tellgħet duħħan iswed
fl-istilla li d-dmugħ tagħha
nkitbu seba' demgħat fil-maktur tiegħek

2

Fil-kristall ta' stilla
id-dawl ippenetra subgħajh
ġo sorm id-dlam

u l-qamar nefaħ fuq xufftejn ix-xemx........
ġol-birthday cake ta' l-univers

3

subgħajk ġo ħalqek..........

tradire la lingua
che veste il tuo corpo....
il-ġisem
id-drapp tal-maġija li joħroġ ħalib mill-fjuri
id-demm tal-ħolm
ġo ktejjeb żgħir
daqs werżieq
fis-sakra tal-lejl
"cullato dal tuo pianto"

4

KONT KELMA
U MBAGĦAD POETA
U MBAGĦAD RIXA TIRROMBLA FIX-XUFFTEJN SĦAN TAR-RIĦ
KONT LOGĦBA MATEMATIKA
FIL-VINI ĠO BELT SAGRA BIL-KANĊELL JIŻVILUPPA L-ĦOSS ETERN TAL-BAĦAR
KONT IL-KANT TA' ĦOLQA ĠO SAPUN
IL-ĦOSS TA' QANPIENA TBOSS
FIL-LEJL TAL-POETI

8.06.2005

Bulu ħdud (għal Ħbula Stirati)

poeżiji
poeżiji ħżiena
tajbin....
poeżiji bil-pigtails......
almanak solitarju fil-kalediskopju tal-baħar....
widna ta' ħmar
numru sitta bl-għarbi....
hemm vaska fl-eternita -==-=-=-=-=-==siringa fl-eternita....
l-iswed dlam tapizzar ta' isem dawl......
bulu ħdud
il-ġranet
bil-maqlub bil-kpiepel imniżlin mix-xtajtiet l-irjus........
għadda l-ocean bil-ħabel twil
u ċarrat
il-ħoss tal-fwieħa
f'idejk........
..
min ħa jġorr ismek meta ssir kadavru?
il-bużżieqa ħamra fuq salib iswed...?
il-frawla li ntilfet
ġol-ħbula tal-bosk?

ħbula stirratti...........qed ingerfexxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxxx

gerfixt waħda ::::::::::::::::::::::::::::::::::::::::

8.05.2005

talbaablat

nixtieq ma niktiblekx iktar poeżiji ....lisa
imma din telgħet mir-rampa ta' qaddi u fformat bżieżaq ifuħu
mit-tieqa tiegħi fil-kurdiċella ta' mnieħri

talbaablat
talb(mera) ablat


sirt qisek orkestra fid-dlam
u mingħajr tieqa
u l-ebda kliem mhux sa
jinkitbu
fl-osiġenu
tal-filosofija ta bebbuxu,,,,,,,

"hawn kont tgħix biss
denb id-dell ta' kull ħaġa
il-ħoss irid
isib l-ikbar ċavetta
fl-iċken
katnazz li tħarrab
is-sensazzjoni
ta' l-alfabet
ta' ċagħka.......

(rajtek tegħreq fl-ispirtu tal-baħar)
jekk tgħaddi mit-test ta' min beda kollox
niddedikaha lilek......
l-istupru wisq umli biex
zewg artisti juzaw l-istess torċ ħalli jaraw il-kamalejonte jbiddel il-kuluri................................................

-""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""""

8.04.2005

Poeżija 2

f'din is-sabiħa mera
irqadt ġo ġenbek
bħal għasfur li mititlu s-siġra

8.03.2005

Għalik wara l-ħitan tal-knisja

Għalik f'dan it-tarf tal-lejl minn ġol-liżar
ngħaddilek l-għanja ta' qalbi
minn wara l-kanċell

8.02.2005

Skeċċ tax-xemgħa tan-nanniet

Fit-tieqa l-qamar kien qed joffri ruħu lil xemgħa ġo kamra.............
ix-xemgħa kienet xiħa u b'ilsienha oranċo
kelmet lill-qamar bil-mod tagħha innoċenti::::

"Jiena xemgħa, ġismi għajjien, nilbes il-kappell tad-dlam fuq rasi.
Itfini u ħalli l-lapsijiet jiktbu fuq il-memorja tiegħi"

u l-qamar fis-sura ta' ballun, dawl silenzjuż, għatas boċċa dawl
li niżlet fit-tieqa ħdejn ix-xemgħa
u qal:

"Jiena l-qamar.
Ħietu l-forma tiegħi u ċ-ċoff tiegħi mil-loqom
meta x-xemx tpejjep sigarett u tinsa titfieh ġo l-ashtray...
Jiena trab maġiku
bejn il-kotba, il-ġisem u l-annimal...
Pinġuni bħala patri mill-Furjana, Franġiskan,
xagħri mqaxxar minn Monte Carmeli..........
u meta tarani roża
fil-poeżija tiegħek....
ftakar li jiena u inti, xemgħa, ras ma ras, fil-paċi flimkien
u fuq dak sidrek u fuq dak għonqok
inżommu x-xemx fuq subgħajna ż-żgħira"

8.01.2005

Kobba ġenn itwiha f'maktur u itfagħha fil-ġenna

=#=##=#=#=#=#=#=#=#=#=#=#=#=#=#===#=#

..sorry il-bieraħ għax ma kellix xi ngħid
......ħassejtek anġlu iswed bil-paġama tal-ġir ġo ċimiterju......

=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-

Qatt rajt knisja mudlama?
qatt rajt is-siġġijiet lesti għall-gwerra ta' l-ispirtu
bir-run imxarrab bl-injam joħolmu fl-ispirtu s-santu tal-ġugarelli?...
Qatt rajt microphone?
u l-father ma jwassalx leħnu sa l-għaxar bank...
in-noli tal-vuċi "sopra corpo un giardino messo al fuoco...."

l-isbaħ ħaġa li rajt fid-duħħan tal-knisja...
raġel xiħ jobżoq il-bili ġo sodda ta' l-art
u jpejjep sigarett u jaħraq is-siġġu ta' quddiemu.......

il-knisja baqat umli għalih bħal cagħqa taqa' mil-liżar
u tegħreq fil-fond tax-xagħar.......

x xxxxxxxxxxxxxxxxxxxxx =-==-==-=-======

kewwistlek din il-poeżija għadha taħraq mill-istonku
issa stess