7.31.2005

Fl-aħħar poeżija

Fl-ahhar poeżija
ma tiħux nifs
merfugħa fil-flixken tal-ħġieġ
mgħottija mill-kliem
mixtrija mis-sħab blu
u ċ-ċwievet tat-trab
jirtogħdu

Spazju mewġ ugigħ
trab iddisinjat fil-moħħ
l-ghajnejn mgħawġin fid-dlam
purtieri suwed
swaba tqal
jgħaffġu ġamra ta' sigarett

ċapċip ċapċip ċapċip
il-bahar minsi
iċ-ċoff maħlul
it-tmiem

X`tiftakar?

xfar isfar
farfett imdendel minn saqajh
gdim
ħara abjad
tal-morda
rashom 'il fuq
id-deni tal-kometi
il-hadid tas-sodod
fix-xquq tal-hajt
żiffa riħ
fl-ahhar poeżija

0 Comments:

Post a Comment

<< Home