7.01.2005

Illum

Illum qtilt poeta
fil-ħsieb
u sraqtlu xofftejh
minn fejn
kien qed jixrob
il-likwidu li jfejjaq
il-mard tal-moħħ.

Il-bozza tiċċaqlaq
il-pinna tiċċaqlaq
bħar-rix ta' l-Anġli
m' għandix paċi
m' għandix nifs
Triq mudlama
dejqa
daqs
musmar
daqs xaqq
go xagħra
u fil-ħolma
ta' nemla
spiċċajt
it-tikka.

2 Comments:

Anonymous Anonymous said...

Prosit kbira ta' dawn l-poeziji...

2:01 PM  
Blogger Erezija said...

niringrazzjak
talli billejt subghajk gol poeziji tieghi
il poezija huma karti ta lghob ta xorti
xi kultant dak li nikteb
jiverivika ruhu fil futur
voldiri issir reali
u din il lghoba tbezzani
imma tinharaq gon nar abjad tal kitba hija sensazjoni kbira
ghax hija komunjoni ma dak il kbir u zghir
u nofs
u lmaqlub li
jinsab fil mohh
fid demm
u kollox
u dak kollox li gravita jigbida lejja

5:21 PM  

Post a Comment

<< Home