7.14.2005

Rejp innoċenti

Għandi swaba twal
fihom l-a b ċ d
e
u
taħt il-laħam
il-mużika tal-ħmieġ

il-melodiji tal-ħsieb

nibda bihom
fl-oroskopju ta' ruħek.

Niskomponi
l - a - r - p - a
bejn saqajk fjura bbalzmata ġo grotta
u fl-abissi tal-lejl imxarrab
hemm il-funtana tal-ħoss

daħħalt
dħalt
ajma
amen
ajme
jna ma xxxxxxxxxxxxxu
u l-anġlu ta' ħajtek intilef
meta jien ħriġt minn ġo fik.

1 Comments:

Blogger Jon Grech said...

Bejn saqajk fjura bblazmata??!! Mela ma min mort, hi? Ma c-Ciniza jew oht il-Lalu?

8:45 AM  

Post a Comment

<< Home