7.25.2005

Revolver/Fwieħa

Rajtek tispara dmugħ
mir-revolver mitfi ta' qalbek

Kienu dmugħ trasparenti?
Twerżiqa ħamra mill-pitirross?
Id-dlam ċkejken ġo niċċa?

Il-katnazz tad-deheb jagħlaq f'ħemda knisja...

Sebaħ
u mat-tarf ta' filgħodu
id-dmugħ tiegħek saru fwieħa.

2 Comments:

Blogger Erezija said...

fost l-aqwa din

3:57 PM  
Blogger Erezija said...

Ċali ried jgħidilkom kollha dan li ġej:

"dik ghal davinja grech ktibtha....
nista' naħraq kull poeżija li ktibt
forsi ssir ram u duħħan
fejn ruħi terġa' ssib paċi fl-infinit....."

Nispera li kulħadd jinsab tajjeb :)

2:46 PM  

Post a Comment

<< Home