7.21.2005

Riċetta

......................... lill-Kid

Immaġina swaba tal-ħġieġ
pjanu tal-ħġieġ
sikkina tal-ħġieġ
tojlit pejper tal-ħġieġ bid-demm miegħu
petne tal-ħġieġ
minuti tad-dqiq
dell iswed isawwat dell ieħor
xita ta' ħġieġ
immaġinani niekol dubbiena
l-inka mill-qamar
napkin bis-sadid
Bach b'sormu barra
iġerrieh mill-ġewwa tiegħu
riħa ta' ħabs
ħabel ta' qanpiena
flixkun ta' l-ilma mtaqqab
l-aħħar ħarsa ta' wieħed ħa jitgħallaq
it-tmiem ta' soru
verġni żverġnata
pitazz magħluq
pjazza mejta
sieq waħda
kelma waħda
lazz maħlul
bank vojt
buttuna miftuħa
il-mewt ta' ommok
id-disinn f'idejn missierek
it-tfal jilagħbu
b'għasfur mejjet
kollox tal-ħġieġ
kollox talba waħda
miżien wieħed
somma waħda
........============*************************
ħajja waħda

2 Comments:

Anonymous Anonymous said...

mela tiekol id-dubbien cali, jien noqtolhom
mike

7:30 PM  
Blogger Erezija said...

id dubbien tieghi ballerini
mikiel................
fit 3 ijiem dubbiena ta hajjitha....
f hajti ghadni ma fimt xejn jiena:)

7:44 PM  

Post a Comment

<< Home