8.02.2005

Skeċċ tax-xemgħa tan-nanniet

Fit-tieqa l-qamar kien qed joffri ruħu lil xemgħa ġo kamra.............
ix-xemgħa kienet xiħa u b'ilsienha oranċo
kelmet lill-qamar bil-mod tagħha innoċenti::::

"Jiena xemgħa, ġismi għajjien, nilbes il-kappell tad-dlam fuq rasi.
Itfini u ħalli l-lapsijiet jiktbu fuq il-memorja tiegħi"

u l-qamar fis-sura ta' ballun, dawl silenzjuż, għatas boċċa dawl
li niżlet fit-tieqa ħdejn ix-xemgħa
u qal:

"Jiena l-qamar.
Ħietu l-forma tiegħi u ċ-ċoff tiegħi mil-loqom
meta x-xemx tpejjep sigarett u tinsa titfieh ġo l-ashtray...
Jiena trab maġiku
bejn il-kotba, il-ġisem u l-annimal...
Pinġuni bħala patri mill-Furjana, Franġiskan,
xagħri mqaxxar minn Monte Carmeli..........
u meta tarani roża
fil-poeżija tiegħek....
ftakar li jiena u inti, xemgħa, ras ma ras, fil-paċi flimkien
u fuq dak sidrek u fuq dak għonqok
inżommu x-xemx fuq subgħajna ż-żgħira"

0 Comments:

Post a Comment

<< Home