8.11.2005

Is-Suwiċidju tal-Farfett

"farfett 3 ijiem agonija fil-priżma tan-natura..."
"ħajtu magħluqa ġo kastell tal-ħġieġ.."
farfett
farfar
farfett l-ilma aħdar tan-natura
kurjuża bid-disinji t'alla u bil-forom ta l-eremiti
il-faxxinu spiritwali ta' l-innoċenza tiegħek
miġugħ issir wġigħ fietel
farfett
friefet ċfuf ħomor tal-poeti ċwievet ibbalzmati fl-inkwatri
oħolmu
umloħo oħl
lħo oħolmu
oħolmu
mu loħ..
minn xufftejja
bistek
u qtiltek
ġo karta tal-ħarir

-=-=-=-=-=-=-====-=-=-=-=-=-==-=-=-=

0 Comments:

Post a Comment

<< Home