6.30.2005

Telefonata A.A.A.

Iddejjaqt
imdejjaq
ferħan
qed narak
(mhux qed tarani)
inħobbok
daqs wurdiena
fil-gaġġa tal-bieb
dejjaq
fejn se jidfnuni
mingħajr kont
mingħajr calculator
mingħajr ħin
mingħajr ħoss tal-
baħar
jew kikkra kafè
b' televixin mitfi
mingħajr xogħol
mingħajr kelma

għażżien
----------
li tajruni biha
ha ċċaqalquni
bħall-ewwel sinna
li waqatlek
minn ħalqek
b' widnejkom magħluqa
u nobogħod il-fjuri
iċ-ċaqliq tal-fjuri
u nobgħod kull pitazz
tar-rigi wesgħin
għax fid-dojoq
nista’ nikteb
nobogħdok
u fil-wisgħa tiġi tidher
zgħira
se nieħu nifs
u nħassar ismi mit-telefown
directory
mis-seba’ pjaneti
li jduru ġo
moħħok
u jikxfu l-verità
mgħerqa
jew noqtlok jien
l-ewwel
jew int qabli

Illum is-Sibt
u x' se nieklu l-Ħadd
Uff xi sħana
x' kesħa
x' vojt
twil
qasir
tqil
niexef
spiċċajt barra
mingħajr
ġewwa

6 Comments:

Anonymous Anonymous said...

poeziji strambi, imma tajbin!!

2:11 PM  
Blogger Erezija said...

grazzi hafna
strambi u gentili bhali :}
qed niccajta
jiena ma nisfurzax biex il kliem jinhassu forma stramba gol mohh
imma is sekwenza li nikteb bijha
hija pompa ta demm li tkun trid tispara in nar min toqba
ta balena

5:15 PM  
Blogger Roderick Mallia said...

"u nobgħod kull pitazz
tar-rigi wesgħin
għax fid-dojoq
nista’ nikteb
nobogħdok
u fil-wisgħa tiġi tidher
zgħira"

għoġbitni din!

1:45 PM  
Blogger Erezija said...

thanks roderick
fit teorija ta dmuh foloz irnexxili nikteb ilfond fil fond
f telefonata aaa..........tajjeb li wasal il messag li xtaqt jiena

11:15 AM  
Anonymous Anonymous said...

qeda naqra il poeziji tieghek ..........huma poeziji li
jippenetraw is sensi ... mhux dejjem nifhem ,izda nixtieq u nipprova... ghalhekk naqrhom u nerga naqrhom...

L

11:39 AM  
Blogger Erezija said...

ghalinqa qed jipenetraw is sensi....... hemm xeba valves go sensi bhat televition u listess il poezija tieghi il frekwenza miftuha ghall infinit......finalment poezija qatt mu lesta.......thanks....charli3

4:26 PM  

Post a Comment

<< Home