8.01.2005

Kobba ġenn itwiha f'maktur u itfagħha fil-ġenna

=#=##=#=#=#=#=#=#=#=#=#=#=#=#=#===#=#

..sorry il-bieraħ għax ma kellix xi ngħid
......ħassejtek anġlu iswed bil-paġama tal-ġir ġo ċimiterju......

=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-

Qatt rajt knisja mudlama?
qatt rajt is-siġġijiet lesti għall-gwerra ta' l-ispirtu
bir-run imxarrab bl-injam joħolmu fl-ispirtu s-santu tal-ġugarelli?...
Qatt rajt microphone?
u l-father ma jwassalx leħnu sa l-għaxar bank...
in-noli tal-vuċi "sopra corpo un giardino messo al fuoco...."

l-isbaħ ħaġa li rajt fid-duħħan tal-knisja...
raġel xiħ jobżoq il-bili ġo sodda ta' l-art
u jpejjep sigarett u jaħraq is-siġġu ta' quddiemu.......

il-knisja baqat umli għalih bħal cagħqa taqa' mil-liżar
u tegħreq fil-fond tax-xagħar.......

x xxxxxxxxxxxxxxxxxxxxx =-==-==-=-======

kewwistlek din il-poeżija għadha taħraq mill-istonku
issa stess

0 Comments:

Post a Comment

<< Home