8.07.2005

Monologu żgħir ta' poeżija maħruqa f'Ilsien Alla

1

F'għajnejk għerqet ħajti.....
bħal vapur żgħir ġo akkwarju sħab blu......
il-lejl mudlam ġo katnazz
katnazz li jagħlaq il-forma tal-lejl...
u l-vapur żgħir
għereq bħall-pipa tal-vatikan....
li tellgħet duħħan iswed
fl-istilla li d-dmugħ tagħha
nkitbu seba' demgħat fil-maktur tiegħek

2

Fil-kristall ta' stilla
id-dawl ippenetra subgħajh
ġo sorm id-dlam

u l-qamar nefaħ fuq xufftejn ix-xemx........
ġol-birthday cake ta' l-univers

3

subgħajk ġo ħalqek..........

tradire la lingua
che veste il tuo corpo....
il-ġisem
id-drapp tal-maġija li joħroġ ħalib mill-fjuri
id-demm tal-ħolm
ġo ktejjeb żgħir
daqs werżieq
fis-sakra tal-lejl
"cullato dal tuo pianto"

4

KONT KELMA
U MBAGĦAD POETA
U MBAGĦAD RIXA TIRROMBLA FIX-XUFFTEJN SĦAN TAR-RIĦ
KONT LOGĦBA MATEMATIKA
FIL-VINI ĠO BELT SAGRA BIL-KANĊELL JIŻVILUPPA L-ĦOSS ETERN TAL-BAĦAR
KONT IL-KANT TA' ĦOLQA ĠO SAPUN
IL-ĦOSS TA' QANPIENA TBOSS
FIL-LEJL TAL-POETI

2 Comments:

Anonymous Anonymous said...

kont zobb f'ghoxx kemm ghandek

2:12 PM  
Anonymous Anonymous said...

il- P O Q

2:13 PM  

Post a Comment

<< Home