8.10.2005

Il-lingwa tal-kuluri ġo flixkun artab

Erbat ijiem nixrob....

ix-xemx daħlet fil-ħolqa ta' żunżana
u qed nara n-nies kollha tal-karta pesta.......

nimxi t-triq ltqajt ma' bieb xiħ
ahdar verdimar...
"kelma fir-riċetta tal-profeziji verde terra u mare"
u studjajt wiċċu u widnejh......
u l-bieb bħal postcard faqqa musketterija żgħira ġo ruħi........
inżajt għarwien
l-aħħar darba ġo dan it-teatru
u għafast il-pum tal-bieb
daqs l-isbaħ mara ġo mohhi............




:::::""""""""+_+_+_+_+___+___+_+_+_+_ qatt rajt farfett isfar u sulfarina moħbija ġol gwienaħ...?
iva l-farfett melankoliku tal-fjuri
għax għandu ħalqu jintenn bin-nikotina,,,,,,
u l-imrewħa tal-ġwienaħ....
qdiemet daqs il-manuskritti
bix-xoffa lewn it-te................


=-=-=-=-=-=-=-==============================
ma nafx imma qed nipprova nifhem
is-sinsla tad-dahar ta' għasfur ferut fuq l-irħama tal-biċċier.......
pakkett bolol u stillel.......
u rubber bands u water pistols
u prinjolata bil-perlini suwed tal-vulkan jidgħi ġo ħalqi...
mill-ħamiemu li jaħra
fuq it-tapizzerija tal-ksieħ
niknes kisja k
.


n
i
s
j
a

0 Comments:

Post a Comment

<< Home