6.28.2005

L-irmied ta' xufftejk

U dak l-irmied
li jaqa’ minn xufftejk u
jinqabad fix-xibka ta' ruħi

Fuq il-moll ta' l-iskola għandi nistennik
bil-maktur nadif fejn naħbi
id-disinnji tal-mistħija

It-truf roża tal-lożor imqalbin
f' dan ir-ritratt imtebba’ tal-passat
fit-toqba tal-bieraħ

Hemm 1000 ħabel tal-weraq aħdar
fejn għadhom jimxu l-ħsejjes ta' jdejk.

U l-ingwanti jagħmlu xogħolhom
bħall-ewwel xita jaqtawli lsieni
bħall-ponta ta' ħġieġa ngħaddi xuftejja
u nitgħawweġ u niġbor il-kliem moħbi
fit-trab
li sar parti mill-irmied ta'
xufftejk

7 Comments:

Anonymous Anonymous said...

Nista' nghid li kellek ispirazzjoni kbira.. Minn fejn gejja din l-energija??

12:39 PM  
Anonymous Anonymous said...

Tikteb tajjeb, mhux ta' b'xejn wiehed mill-kittieba maltin.. Prosit

4:18 PM  
Anonymous Anonymous said...

Prosit ta' din il-kitba.. Mhux ta' b'xejn qieghed fil-lista tal-kittieba Maltin!!

9:25 AM  
Blogger Erezija said...

thanks hafna
imma jiena minix kittieb
lenergija hija vulkan silenzjus spiritwali rieqed go listonku ta kulhadd
jiena nahseb ktiebt dak li ktiebt
ghax il persuni involuti flistejjer nefhu nifs fit trap go mohhi u l kliem kienu tahom mistohbijin
dejjem tieghek
qatt min tghakom
charlie

5:07 PM  
Anonymous Anonymous said...

Charlie - il-kliem mistohbin huma dawk ta personaggi li sabu awtur fik. Jekk int mintix kittieb, il-persunaggi poeti :) Jimporta, issa li smajt lehenhom (bl-ghajnuna tieghek ghax introducejthom fuq il-blog) tghidli xi haga fuq Hotel Charlie - maria.ganado@gmail.com (tibzax, ghandi 63 sena :)

11:32 PM  
Anonymous Anonymous said...

xi sbuhija.
Int u int BISS huwa,u hawn.
Int u int BISS huwa il Pittur tal Poezija.


Charlie il-KBIR jghid il bozza ta mohhi.

8:41 PM  
Blogger Erezija said...

onoratt li naf skultur bhalek:)chalie il guda

3:58 PM  

Post a Comment

<< Home