7.10.2005

Lillllllllllllllllllllllll

Lil dawk li jċappsu
subgħajhom fit-trab
Lil dawk li nħallu
mill-katina tleqq.

Lil dawk li sparaw
il-ħruq ta' moħħhom
fuq is-sufani.

Lil dawk li jaħdmu
t-tarmak iswed tal-kwiekeb.

Lil dawk li mmimaw
il-ferħ ta' ġenn
fl-għanqbuta tal-mera.

Lil dawk li staħbew
fiċ-ċumnija ta' qalbi.

Lil dawk
li tgħaqqdu fil-bellus
tan-nagħas.

Lil dawk
li saru nemel
u għebu
fl-għoli
x' imkien.

Lil dawk
li qatt ma
raw
is-silenzju
ta' l-għasafar mitwijin
fil-ħġieġ tal-ġenna.

0 Comments:

Post a Comment

<< Home