7.09.2005

Xi dwejjaq

Xi dwejjaq il-ħoss tal-qniepen
il-kuċċarina fiz-zokkor
idejk f' idejja
subgħajk f' ħalqi fil-kamra tal-
banju
Madum abjad u għasafar tal-plastic.

Xi dwejjaq dan il-mewġ li
jibni wiċċek fil-bott imtaqqab
fil-blu u l-vjola
fil-mewt tax-xemx fuq il-kpiepel
tal-bini

It-toroq

It-toroq
mhux mużika
m'humiex fliexken vojta ta' l-ispirti
m'humiex anġli fis-santi

Xi dwejjaq li nemmen fid-disinn
t' ghajnejk li issa saru qoffa
fejn ninża' l-maskra
ngħaddi t-trufijiet tal-ħin

u tlift
u tlift
u tlift

għasart l-għeneb b' saqajja u skirt
fiż-żifna ta' ġismek u raqqadt
il-qamar taħt is-sodda
u bdejt nitkellem b' lingwa oħra
u qafluli idejja u temmgħuni
ikel jintenn u fakkruni fid-disinn
tal-fwieħa tiegħek li ħaduha
'l-boghod 'l-boghod 'l-boghod
fejn spiċċaw is-sodod
it-tghanniq u l-pjaċir vera tad-dwejjaq ta' bejnietna

0 Comments:

Post a Comment

<< Home