7.31.2005

Fl-aħħar poeżija

Fl-ahhar poeżija
ma tiħux nifs
merfugħa fil-flixken tal-ħġieġ
mgħottija mill-kliem
mixtrija mis-sħab blu
u ċ-ċwievet tat-trab
jirtogħdu

Spazju mewġ ugigħ
trab iddisinjat fil-moħħ
l-ghajnejn mgħawġin fid-dlam
purtieri suwed
swaba tqal
jgħaffġu ġamra ta' sigarett

ċapċip ċapċip ċapċip
il-bahar minsi
iċ-ċoff maħlul
it-tmiem

X`tiftakar?

xfar isfar
farfett imdendel minn saqajh
gdim
ħara abjad
tal-morda
rashom 'il fuq
id-deni tal-kometi
il-hadid tas-sodod
fix-xquq tal-hajt
żiffa riħ
fl-ahhar poeżija

7.30.2005

Il-ħabs tiegħi

Il-ħabs tiegħi huwa pitazz ta' rigi dojoq
Hemm tliet kuluri jistennewni
Vjola l-aħħar valve ma' qalbi
Iswed trab bħal ingwanta tiġbed leħni 'l bogħod minn moħħi
u fl-aħħar il-griż mingħajr animazzjoni
u nerġa' nsir żrara minn ġebla

7.29.2005

Ħaffer

Ħaffer il-qabar mara
l-imsiemer saru 4 pulzieri tad-deheb sal-lum
imma f'dan il-ġisem
l-għeruq ta' jdejja għadhom joħolmu
li jgħanquk u ssir tixbaħ lill-Alla

7.28.2005

In-Nannakola

Id-dadi eżoteriċi t'Alla
il-logħba tad-disinn
il-ħbula tal-kuluri jgħajtu isem l-ispirtu
il-laħam ipoġġi bilqiegħda
l-għajnejn imorru 'l bogħod
u
l-kantunieri ġeometriċi ta' nannakola
jiftħu t-tieqa tal-moħħ

"ejja ħdejja kreatura żgħira
fik in-nifs tal-poeti nisa
l-alġebra tad-daħq
u l-idejn taht it-trab aħdar.

Ħielsa ngħumu
taħt
il-ħin."

7.27.2005

Il-Grammatika ta' l-Uġigħ

===================================================
;;;;;;;;'''''''''ĦALLEJT GRAMMA LAĦAM ĠOL FOND TA' IDEJJA
ISSA L-FARFETT BEKA U TEBBA' L-KULURI
U L-MISTĦIJA QIEGĦDA FL-GĦOLJIET ĦODOR LI DALLMU T-TUBU
TAX-XEMX
........
NIFTAKAR FIL-LINGWAĠĠ METAFIŻIKU TAL-QAMAR
META ERBA' KANTUNIERI JSIRU TMIENJA
BARRA L-ĦSIEB
ĠOL-MEMORJA
U L-QABŻA TA' ŻRINĠ JGĦAFFEĠ IS-SĦANA
FUQ L-ILMA FFRIŻAT


Lill-ħabsi (Charlie Elisson)

7.26.2005

Kannierja

Jekk inpoġġi ammont ta' sbuħija
minn moħħi
fuq idejn tallab
issir tixbaħ
lill-
alla
allatallab
talla
lghab
talb
ta
tallab
t.b
3 birra
u l-ispirtu saħan

7.25.2005

Revolver/Fwieħa

Rajtek tispara dmugħ
mir-revolver mitfi ta' qalbek

Kienu dmugħ trasparenti?
Twerżiqa ħamra mill-pitirross?
Id-dlam ċkejken ġo niċċa?

Il-katnazz tad-deheb jagħlaq f'ħemda knisja...

Sebaħ
u mat-tarf ta' filgħodu
id-dmugħ tiegħek saru fwieħa.

7.24.2005

Meta naħseb fuqek

Meta naħseb fuqek

jgħaddi trakk mimli żrar tad-deheb

u qalbi tieqaf

ghal mument

7.23.2005

Rogħda

Ir-rogħda tal-ġisem
Ir-rogħda tal-pjaneti
Ir-rogħda tal-ġebel fuq il-mera
ilma
Ir-rogħda ta' l-insetti
Ir-rogħda fil-kuluri
Ir-rogħda fl-imħabba
Għandi lapes u jikteb
rogħda tixbaħ lir-rota
ir-rota ta l-imħabba
tintenn u tiċċaqlaq b'rogħda

Fil-kantunieri tal-moħħ
ir-rogħda riħ sħun
ħiereġ mit-tarmak t'ismek

Rogħda nobogħdok
nixorbok
inweldek
titwieled
ma nifilħekx
hekk dritta
fil vini.............
li ma jistgħux jiddrittaw
dak li hu mgħawweġ

7.22.2005

Kliem

Kliem żgħar
żrar
imgerfxin f'pitazz abjad

Kliem trab
maġiku
misruq mill-ilma mbierek

'l hemm iġibuh 'lhawn
u 'l hawn t`issa
jiksuh bl-għanqbut

Kliem il-kuġini taċ-ċwievet
Huma l-friefet mejtin
tal-feriti

Huma ismek impenġi
fuq irħama tleqq
u tirrifletti s-sħab bil-maqlub
in-nifs - in-nifs 'l isfel
il-ġewwa ta` dejjem
u
il-barra tas-soltu

7.21.2005

Riċetta

......................... lill-Kid

Immaġina swaba tal-ħġieġ
pjanu tal-ħġieġ
sikkina tal-ħġieġ
tojlit pejper tal-ħġieġ bid-demm miegħu
petne tal-ħġieġ
minuti tad-dqiq
dell iswed isawwat dell ieħor
xita ta' ħġieġ
immaġinani niekol dubbiena
l-inka mill-qamar
napkin bis-sadid
Bach b'sormu barra
iġerrieh mill-ġewwa tiegħu
riħa ta' ħabs
ħabel ta' qanpiena
flixkun ta' l-ilma mtaqqab
l-aħħar ħarsa ta' wieħed ħa jitgħallaq
it-tmiem ta' soru
verġni żverġnata
pitazz magħluq
pjazza mejta
sieq waħda
kelma waħda
lazz maħlul
bank vojt
buttuna miftuħa
il-mewt ta' ommok
id-disinn f'idejn missierek
it-tfal jilagħbu
b'għasfur mejjet
kollox tal-ħġieġ
kollox talba waħda
miżien wieħed
somma waħda
........============*************************
ħajja waħda

7.20.2005

Għalfejn qed tibki

Qed inxomm id-dmugħ tiegħek ġo tazza
jiena u nixrob
...
l-isbaħ rigal ta' ħajti sar tal-ħġieġ.
...
Jiena nibki minn ġo fik
u meta tifraħ nispiċċa bħal kelb ġo tebut
...
kesħa
...
Niġri għal wara dak id-dell li ħlomt
b'idejk u b'toqol tal-fwieħa
li kienet tkellimni iktar mill-poeti u l-karti ħomor
tat-tajr tal-filosfi
...
u jiena kelb u nferfer denbi
bħall-kullar ta' patri
...
Tazza ilma imbierek
ħa naħsel id-dawl t'għajnejk
fuq dan il-madum mudlam
...
ħa ngħanqek minn ġo fija l-aħħar kewkba

7.19.2005

zoma din

Il mewt mandx
memorja mandx
idejn ija larti
kolha li tohlom u
tigi igidukat bhal
insett .+.+em
zewg mewtiet
wahda li qieda
warajk bhal
del+tiek
qudimek u lohra
bl maqlub
.+lahar haxja
kbira ta hajtek
ija lakbar adu tk

7.18.2005

8 nifsejja

Tmiem
Tama
Togħma
Għawma
ġol-baħar l-agħmi
l-għajn
l-għana
tal-moħħ
f'għadira
nagħas
in-nifs
joħroġ
bħal
vulkan
minn
imnieħrek

7.17.2005

Lil Idejk

Idejk tranji sħana
ħarbu bużżieqa f'għajn il-qamar
fejn b'velu iswed
u għajnejh roża
spiċċa mqatta' f'ritratt
imriegħed ġo tieqa
.........................................

7.16.2005

Lejja Mu

Erba' għasafar ċartuli qalbi f'ħajti
u t-tbissim tiegħi libsu parrokka.
Għajnejja tilfu l-lighter mis-sigarett
u niftakar

u tiftakar
il-fanal ġo ktieb
il-melodija tal-kitarra
kif kienet tiftaħ il-purtieri filgħodu
marbutin ġo xulxin?

7.15.2005

Ħajti ħajta

Id-dlam rikeb it-tieqa
u qabeż ma' l-art fuq il-madum.

Il-ħsejjes daħlu bħal alfabet kliem
mingħajr spazju ġo ktieb
u fil-mera il-purtiera sewda
inxtorbot fil-bogħod.

Ftakart fis-sufan blu
u ħallejt saqajn ruħi
jixxarbu fix-xmara blu
tax-xemgħa.

Ħolma

Ħolma ġo kamra sewda u telefown abjad.

- ċempel Charlie -

drinnnnnnn
drinnnnnn

"Jien jisimni Charlie"

u qalli istrieħ,
toqogħdx tiġri wara ħajtek - int borża duħħan,
mera tonda fejn l-infinit imtappan bis-swaba ta' l-imqass -

u qalli
jew għidtlu:

"Imħadda waħda hawn ġos-sodda waħedha"

7.14.2005

Rejp innoċenti

Għandi swaba twal
fihom l-a b ċ d
e
u
taħt il-laħam
il-mużika tal-ħmieġ

il-melodiji tal-ħsieb

nibda bihom
fl-oroskopju ta' ruħek.

Niskomponi
l - a - r - p - a
bejn saqajk fjura bbalzmata ġo grotta
u fl-abissi tal-lejl imxarrab
hemm il-funtana tal-ħoss

daħħalt
dħalt
ajma
amen
ajme
jna ma xxxxxxxxxxxxxu
u l-anġlu ta' ħajtek intilef
meta jien ħriġt minn ġo fik.

7.13.2005

Swaba

Swaba swaba
Kreaturi twal
tieklu biss li ma jidhirx
tpinġu biss dak li ma jingħadx

Swaba. Tixbħu ftit 'il-kelma spaga.
Swaba.
Tinnamraw ma' kull oġġett li ttikhom forma
bħal musmar
bħal bżar
bħal kullar
bħal buttuni tal-liftijiet
u n-numri kkuluriti diġitali fuq l-arloġġ
tal-ħġieġ
bħal xi dwejjaq meta
jinħallek il-lazz.

Swaba. Intom id-dud moderni
li jridu jinħallu jisparixxu
u jbejtu fil-ġisem li joġobhom.

Intom Divini sa lanqas
qatra demm.

Swaba li jħollu x-xagħar
li jgħaddulek il-ġuh ta' ras
isuqu r-roti mekkaniċi tal-ġisem
ipinġu l-anġli jbulu f' xi kantuniera ta' ktieb
iffaqqaw xi bergħuda
iqabbdu sulfarina
jilgħabu mal-pil tas-sufan
jaqsmu xi pillola ta' dwejjaq
Intom il-ħolm ta' saba' wieħed
imqareb jilgħab
isib iċ-ċavetta
mdendla mal-manikomju
tal-laħam
fix-xaqq
ta'
bejn saqajk.

7.12.2005

L-imħadda u l-baħar

X'għandek bżonn biex tagħmel baħar
artifiċjali?
Tneħħi żarbun tpoġġi l-ilma
f' tazza u tixorbu minn widnejk
Tagħlaq il-purtieri
u tiżbogħ il-kpiepel t'ghajnejk blu.
Tagħlaq il-purtieri
u tieħu nifs 'il ġewwa u ta'
barra tħallih wara l-mera
u tħalli 'l-ġrieden jilagħbu dawra
durella fuq l-imħadda.
U żerżaq il-pjanu
tiftaħ ktieb fl-aħħar paġna
Teqleb bil-maqlub inkwadru
fejn hemm is-sema iġġibha
baħar u fejn hemm baħar iġġibu
sema
u b' subgħajk iż-żgħir timxi fuq
l-ilma
u tiġbor bagalja mitlufa mill-art
u tiftaħ ittra mingħajr
ittra
u togħdos
u togħdos
u taqla' 'l-batterija mill-arloġġ
u dan il-baħar li ilu jgħix 1000
sena
u saru t-tlieta
u kunjomi Grima birra
u niftaħ l-umbrella
u qiegħed fuq l-imħadda
u qiegħed noħlom fuq il-kelma baħar
fl-aħħar
fil-baħar.

7.11.2005

Noli

Hemm ħafna għoli fin-noli!
f' xi kappella abbandunata
hemm impenġija t-triq imgerfxa
ta' l-imħabba.
________________________

Noli ------- rasi tuġgħani
L-uġigħ mentali
Iż-żugraga li tlift
Il-100 tbissima
magħfġin minn ġebla
u kibret felula vjola fix-xfar
fejn tiċkien ix-xemx
il-mewġ griż u blu tal-baħar
reqdin fuq kommodina
================
1, 2, 3 stenna
Ghajnejja m' għadomx jikkuppjaw x' inhuma
jaraw
u nieħdu pirmla
u naqbżu ċ-ċint
Qagħdni fl-A, B, Ċ
X' biża' - (stenna mhux lest)
hemm xi ħadd jixbaħni fil-mera
Imma tgħid qiegħed warajja?
Jiftaħ il-bieb u jerġa'
jidher fil-mera

Issa b' wiċċi 'l fuq
u s-sħab sellum
Il-ħin miexi bħal bebbuxu
Noli
U issa s-salib eħfef
Noli
Waqajt mill-għoli

7.10.2005

Lillllllllllllllllllllllll

Lil dawk li jċappsu
subgħajhom fit-trab
Lil dawk li nħallu
mill-katina tleqq.

Lil dawk li sparaw
il-ħruq ta' moħħhom
fuq is-sufani.

Lil dawk li jaħdmu
t-tarmak iswed tal-kwiekeb.

Lil dawk li mmimaw
il-ferħ ta' ġenn
fl-għanqbuta tal-mera.

Lil dawk li staħbew
fiċ-ċumnija ta' qalbi.

Lil dawk
li tgħaqqdu fil-bellus
tan-nagħas.

Lil dawk
li saru nemel
u għebu
fl-għoli
x' imkien.

Lil dawk
li qatt ma
raw
is-silenzju
ta' l-għasafar mitwijin
fil-ħġieġ tal-ġenna.

7.09.2005

Xi dwejjaq

Xi dwejjaq il-ħoss tal-qniepen
il-kuċċarina fiz-zokkor
idejk f' idejja
subgħajk f' ħalqi fil-kamra tal-
banju
Madum abjad u għasafar tal-plastic.

Xi dwejjaq dan il-mewġ li
jibni wiċċek fil-bott imtaqqab
fil-blu u l-vjola
fil-mewt tax-xemx fuq il-kpiepel
tal-bini

It-toroq

It-toroq
mhux mużika
m'humiex fliexken vojta ta' l-ispirti
m'humiex anġli fis-santi

Xi dwejjaq li nemmen fid-disinn
t' ghajnejk li issa saru qoffa
fejn ninża' l-maskra
ngħaddi t-trufijiet tal-ħin

u tlift
u tlift
u tlift

għasart l-għeneb b' saqajja u skirt
fiż-żifna ta' ġismek u raqqadt
il-qamar taħt is-sodda
u bdejt nitkellem b' lingwa oħra
u qafluli idejja u temmgħuni
ikel jintenn u fakkruni fid-disinn
tal-fwieħa tiegħek li ħaduha
'l-boghod 'l-boghod 'l-boghod
fejn spiċċaw is-sodod
it-tghanniq u l-pjaċir vera tad-dwejjaq ta' bejnietna

7.08.2005

Noħlom fuq ħalqek

Jiena nixgħel sulfarina
u inti tixgħel lajter
X' hemm differenza mill-baħar mielah
għall-ilma ħelu?
Ma nafx, għalhekk hemm il-griż
li jifred is-sbuħija ta' l-abjad u
l-iswed.
Għalhekk hemm differenza bejn bajda
mgħollija u bajda moqlija.
It-taġen tarmak
mimli żejt
Jekk trid tweġġa' għad hemm
spazju
spazju

Mhux fil-bżieżaq
Mhux fl-infinit
Jiena hawn u inti hemm
u jekk taqleb il-ktieb li qed ngħid
tigi inti li qed tmexxi r-riga
taż-żmien
ta' xufftejk ma' xufftejja

Mhux aħjar mix-xemx
roża u tfuħ
nieżla u tbit ġurnata oħra?

7.07.2005

L-Aħħar Miżien

Kemm hu eħfef li ma noqogħdux
inkejlu d-dmugħ
Dan id-dmugħ b' wires trasparenti
imqabbdin mal-qalb.
Roti sodi mingħajr brejkijiet
jaħbtu ma' wiċċek u joħorgu
jiġru minn ġo ġismek
Miżien
Miżien
tal-ġranet
trab kannella
xkupa u pala.
U malajr jgħaddi kollox.

7.06.2005

Ittra M

Mudlam
ma dlam
madum
ma dlam
Mudlam

7.05.2005

L-Ewwel Miżien

Ħalli l-piż tiegħek
fuq il-piż tiegħi
Farfett iswed fuq Fjura sewda

7.04.2005

Tubu

"Hemm tubu vjola
stendut go tebut
U tifla ċkejkna titfi xemgħa
minn fuq kejk
U l-mewt biċ-ċekċika ferħana
tgħodd il-mewġ
tan-nifs
FERĦAN KULĦADD
.......... .... . . . .. . . .. .. . . .. . .. . ..

U flawt innoċenti
marbut
ġo
kaxxa ħġieġ
li saret xibka ta' l-uġigħ
maqbuda fis-sunnara
tal-ħsieb
loqom il-lapes
u t-trab taż-żmien
iħassru
t-tmiem."

Lil Ray Pitre

7.03.2005

Funeral

Fl-irmied griz
Fiż-żiffa tar-riħ
Fil-ħoss taċ-ċwievet fil-but
idejk għadha mwaħħla
bil-kolla tal-fjuri
ma' xuftejja

Fl-aħħar xemx nieżla
naħraq l-aħħar
riga
ħsieb
taħt xi għolja
moħbija
fil-bogħod
tan-nifs

7.02.2005

Ħsieb/Ħolma

Il-bierah int sibt ċavetta
tal-ħġieġ u ftaħt bieb

u Ringiela purtieri
tqal bid-dlam fil-memorja
neżżajthom waħda
waħda
u stajt narak mill-ħsieb
b' libsa inviżibbli tat-
tieġ
jew fir-riħa blu ta'
l-isptar tistenna xi
farfett tal-laħam joħroġ minnek

7.01.2005

Illum

Illum qtilt poeta
fil-ħsieb
u sraqtlu xofftejh
minn fejn
kien qed jixrob
il-likwidu li jfejjaq
il-mard tal-moħħ.

Il-bozza tiċċaqlaq
il-pinna tiċċaqlaq
bħar-rix ta' l-Anġli
m' għandix paċi
m' għandix nifs
Triq mudlama
dejqa
daqs
musmar
daqs xaqq
go xagħra
u fil-ħolma
ta' nemla
spiċċajt
it-tikka.