7.12.2005

L-imħadda u l-baħar

X'għandek bżonn biex tagħmel baħar
artifiċjali?
Tneħħi żarbun tpoġġi l-ilma
f' tazza u tixorbu minn widnejk
Tagħlaq il-purtieri
u tiżbogħ il-kpiepel t'ghajnejk blu.
Tagħlaq il-purtieri
u tieħu nifs 'il ġewwa u ta'
barra tħallih wara l-mera
u tħalli 'l-ġrieden jilagħbu dawra
durella fuq l-imħadda.
U żerżaq il-pjanu
tiftaħ ktieb fl-aħħar paġna
Teqleb bil-maqlub inkwadru
fejn hemm is-sema iġġibha
baħar u fejn hemm baħar iġġibu
sema
u b' subgħajk iż-żgħir timxi fuq
l-ilma
u tiġbor bagalja mitlufa mill-art
u tiftaħ ittra mingħajr
ittra
u togħdos
u togħdos
u taqla' 'l-batterija mill-arloġġ
u dan il-baħar li ilu jgħix 1000
sena
u saru t-tlieta
u kunjomi Grima birra
u niftaħ l-umbrella
u qiegħed fuq l-imħadda
u qiegħed noħlom fuq il-kelma baħar
fl-aħħar
fil-baħar.

0 Comments:

Post a Comment

<< Home