7.13.2005

Swaba

Swaba swaba
Kreaturi twal
tieklu biss li ma jidhirx
tpinġu biss dak li ma jingħadx

Swaba. Tixbħu ftit 'il-kelma spaga.
Swaba.
Tinnamraw ma' kull oġġett li ttikhom forma
bħal musmar
bħal bżar
bħal kullar
bħal buttuni tal-liftijiet
u n-numri kkuluriti diġitali fuq l-arloġġ
tal-ħġieġ
bħal xi dwejjaq meta
jinħallek il-lazz.

Swaba. Intom id-dud moderni
li jridu jinħallu jisparixxu
u jbejtu fil-ġisem li joġobhom.

Intom Divini sa lanqas
qatra demm.

Swaba li jħollu x-xagħar
li jgħaddulek il-ġuh ta' ras
isuqu r-roti mekkaniċi tal-ġisem
ipinġu l-anġli jbulu f' xi kantuniera ta' ktieb
iffaqqaw xi bergħuda
iqabbdu sulfarina
jilgħabu mal-pil tas-sufan
jaqsmu xi pillola ta' dwejjaq
Intom il-ħolm ta' saba' wieħed
imqareb jilgħab
isib iċ-ċavetta
mdendla mal-manikomju
tal-laħam
fix-xaqq
ta'
bejn saqajk.

0 Comments:

Post a Comment

<< Home